326 każ tal-HIV f’Malta f’5 snin

Bejn l-2015 u l-2020, Malta kellha 326 każ tal-HIV, li l-maġġoranza tagħhom kienu rġiel.

Hu u jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Speaker tal-Parlament Claudette Buttigieg, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ta ċ-ċifri ta’ kemm-il persuna kienet infettata bl-HIV u bl-AIDS fl-aħħar ħames snin sa April ta’ din is-sena. Huwa speċifika wkoll jekk dawn kinux irġiel jew nisa u kif ġie trażmess il-mard.

Numru totali ta’ każijietHIV AIDS      
 326 11      
        
SessIrġiel Nisa Mhux magħruf     
 275 59     
        
Mezz ta’ trażmissjoniTrażmissjoni eterosesswaliTrażmissjoni omosesswaliPermezz tad-drogiPermezz ta’ prodotti tad-demmOmmijiet li għaddewha lil uliedhom Mhux magħruf kif seħħet it-trażmissjoni 
 93 216 22  

Fi tweġiba għal mistoqsija oħra dwar meta se titlesta l-istrateġija għall-HIV, il-Ministru qal li din mistennija titnieda fit-tieni nofs ta’ din is-sena. Il-Membru Parlamentari Claudette Buttigieg staqsiet ukoll dwar x’se jiġri mill-persuni infettati li ma jistgħux jixtru l-mediċini u li qed jiddependu mill-għaqdiet volontarji li jaħdmu f’dan il-qasam. Dwar dan, il-Ministru ma wiġibx, iżda fit-tweġiba ta’ mistoqsija oħra, huwa qal li l-istrateġija nazzjonali msemmija, se jiġi indirizzat l-użu ta’ mediċini għal skop profilatiku.

Jidher illi fl-aħħar tliet snin, l-aktar marda trażmessa sesswalment li hija komuni f’Malta hija l-HPV, peress li fl-2017 kien hemm 842 każ, fl-2018 937 u fl-2019 798 każ. Fis-sentejn ta’ qabel, il-chlamydia kienet aktar komuni. Fl-2015 f’Malta kien hawn 154 każ u fl-2016 kien hawn 270 każ.