325 student jistennew LSE

Read in English.

S’issa 325 student qed jistennew Learning Support Educator (LSE) fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti.

154 student fl-iskejjel tal-Istat, 129 fl-iskejjel tal-Knisja u 42 student fl-iskejjel tal-Indipendenti għadhom qed jistennew LSE. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li t-talbiet għall-LSEs isiru matul is-sena kollha.

F’Awwissu li għadda l-Ministeru ħabbar li t-tfal tal-Kinder se jkunu qed jingħataw LSE biex kull student joħroġ il-potenzjal tiegħu fil-mixja edukattiva.

Il-Learning Support Educators qabel ma jibdew ix-xogħol tagħhom iridu jagħmlu kors mandatoju kif ukoll sitt ġimgħat prattika.

Dawn iċ-ċifri ħarġu mill-mistoqsija parlamentari li d-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli għamel lill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo.