Eluf jinġabru fit-toroq ta’ Madrid kontra s-Sindku l-ġdid

Fi Spanja, eluf niżlu fit-toroq ta’ Madrid biex jipprotestaw kontra deċiżjoni tas-
Sindku l-ġdid biex iwarrab restrizzjonijiet dwar it-tniġġiż tal-karrozzi.

Il-Kapitali Spanjola mmexxija minn José Luis Martínez-Almeida li ġej mill-Partit Popolari Ewropew issospenda miżura li kienet tipprojpixxi l-użu tal-maġġoranza tal-
karrozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diesel.

Dawn ir-regolamenti kienet maħsuba biex Madrid iżżomm mar-regoli tal-UE fuq t-tniġġiż tal-arja.

Is-sindku l-ġdid nħatar fil-15 ta’ Ġunju u ddeċida li jwarrab din l-iskema ntrodotta
mill-ex sindku xellugi f’ Novembru li għadda.