3,220 ħaddiem ġdid impjegati mal-Gvern f’sentejn

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li f’sentejn ġew impjegati 3,220 ħaddiem ġdid mal-Gvern.

F’informazzjoni li ta fil-Parlament, il-Prim Ministru qal li dawn il-ħaddiema bdew jaħdmu mal-Gvern bejn l-2018 u l-2019. 1,130 minnhom jaħdmu l-isptar jew fil-bereġ, filwaqt li 984 jaħdmu ma’ studenti jew ġenituri.

B’hekk, dawn iż-żewġ setturi jammontaw għal 65% tal-ingaġġi kollha.

Il-Prim Ministru qal dan huwa u jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista David Agius. Il-mistoqsijiet oriġinarjament kienu indirizzati lill-Ministru għall-Finanzi.