320 persuna jħallu Malta għal Lourdes

320 persuna mill-kontinġent uffiċjali tal-Kavallieri u d-Dami tal-Ordni, flimkien ma’ grupp ta’ pazjenti ħallew Malta għal pellegrinaġġ annwali lejn Lourdes fi Franza, li jsir mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni Militari Sovran ta’ San Ġwann.
Dan il-vjaġġ jimmarka l-kongregazzjoni annwali tal-Kavallieri tal-Ordni li jinġabru f’Lourdes minn madwar id-dinja kollha.
Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li għal sena oħra se tkun qed tassisti lil din l-Assoċjazzjoni, billi topera titjiriet charter.
Żiedet tgħid li f’dawn l-okkażjonijiet, l-impjegati u l-ekwipaġġi tagħha jiddedikaw attenzjoni partikolari biex jieħdu ħsieb lill-passiġġieri bi bżonnijiet speċjali.
Ritratti: Air Malta/Jason Muscat