320 miljun ruħ milħuqa minn riklamar dwar l-Isle of MTV

Riklamar marbut mal-Isle of MTV laħaq madwar 320 miljun persuna.
Dan joħroġ minn tliet rapporti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti mill-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech.
Ir-rapporti taw ħarsa lejn l-impatt ta’ diversi kampanji pubbliċitarji marbuta ma’  dan l-avveniment fosthom il-kampanja mmexxija minn VIACOM u l-kampanji fuq il- medja soċjali.
Ir-riżultati juru li meta jitqiesu l-mezzi kollha użati minn VIACOM u l-artisti interessati intlaħqu 315 miljun persuna li min tal-anqas missu mal-messaġġ publiċitarju.
F’kampanja separata ffukata fuq il-medja soċjali għal Malta Music Week u l-Isle of MTV fuq Facebook intlaħqu 5.6 miljun persuna. Filmat fuq l-istess mezz soċjali, attira 1.7 miljun view u 1.2 miljun azzjoni  (jiġifieri likes, shares, clicks u kummenti).