32 persuna jidħlu Sqallija wara li ma tħallewx jidħlu Malta

Twitter - OIMItalia

Read in English.

Il-bastiment Alan Kurdi bi 32 persuna abbord daħal Sqallija wara li ma tħalliex jidħol Malta.

Skont il-Euronews l-Alan Kurdi kien qed iġorr 12-il tifel u tifla salvati mill-Mediterran.

Kien hemm NGOs li offew l-assistenza mal-wasla tal-persuni Libjani.

Ilbieraħ l-għaqda li ssalva lin-nies Sea-Eye qalet li Malta qed tirrifjuta li tevakwa għaxar persuni li jinsabu f’kundizzjoni kritika li jinkludu sitt itfal.