32 miljun mediċina illegali kkonfiskati mid-dwana fl-2017

L-uffiċjali tad-dwana Maltija madwar 32 miljun mediċina illegali matul is-sena li għaddiet.
Dan ħabbru d-Dipartiment tad-Dwana fi stqarrija, fejn iddeskriviet is-sena 2017 bħala l-iktar sena impenjattiva iżda “pożittiva” għad-dipartiment, hekk kif fakkret fl-akbar qabda tagħha ta’ iktar minn 300 kilogramma ta’ kokaina li nstabu f’kontejner fil-Port Ħieles.
Minbarra l-mediċini illegali, uffiċjali tad-dwana kkonfiskaw ukoll 19,787,951 sigaretti tal-kuntrabandu, €234,295 fi flejjes mhux dikjarati, 250kg tabakk, 500kg narkotiċi, u 942 balla ta’ logħob tan-nar.
Dawn l-oġġetti nqabdu mid-dipartimenti tad-dwana fil-porti, fl-ajruport, fil-freeport, kif ukoll minn stabbilimenti oħra.
Sabiex itejjeb l-operat tiegħu, id-dipartiment ħabbar li din is-sena se jkun qed juża tagħmir elettroniku ġdid, u minbarra li se jkun qed isaħħaħ ir-riżorsi umani tiegħu, se jkun qed jilqa’ fi ħdanu wkoll għadda ta’ klieb tat-tfittxija.