32 każ ġdid ta’ coronavirus; ifiqu 30

face masks
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta għandha 32 każ ġdid ta’ coronavirus, filwaqt li fiequ 30 persuna.

Dan tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook.

Il-każijiet imħabbrin illum ħarġu minn 2,196 swab test li saru. B’hekk it-total ta’ każijiet attivi f’Malta bħalissa huwa ta’ 664.

OFFICIAL COVID-19 figures for 20•09•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Sunday, September 20, 2020

Ilbieraħ Malta kellha 65 każ ġdid tal-coronavirus, li minnhom, 35 kienu ġejjin mill-komunità.

Il-każijiet l-oħra kienu:

  • 19 ta’ membri tal-familja ta’ każijiet preċedenti
  • 2 kienu kuntatti diretti ta’ każijiet pożittivi
  • Każ mid-dar tal-anzjani St Joseph
  • 4 każijiet mid-dar tal-anzjani Casa Antonia
  • 4 kollegi ta’ każijiet li diġà kienu pożittivi