32 każ ġdid; ifiqu 65 persuna

Anxiety-and-COVID-19

Illum ġew irreġistrati 32 każ pożittiv ġdid ta’ coronavirus filwaqt li 65 persuna fiequ mill-virus. B’kollox fl-aħħar 24 siegħa saru 2,109 swab tests. Din l-informazzjoni ngħatat fl-istatistika li ta’ kuljum il-Ministeru għas-Saħħa jippubblika fuq il-paġna ta’ Facebook.

Dettalji dwar il-każijiet tal-lum se jingħataw mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci.

Bħalissa l-każi attivi huma 624 każ.

F’Malta l-Covid-19 ħasdet il-ħajja ta’ 10 persuni.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn