32 għaqda b’appell biex l-immigranti jitniżżlu Malta

Read in English.

32 għaqda ssieħbu flimkien f’appell lill-Gvern biex jagħti prijorità lill-ħajja u jħalli lill-persuni li qed ifittxu l-ażil jinżlu f’Malta milli jitħallew fuq il-baħar.

Fi stqarrija maħruġa t-Tnejn, dawn l-għaqdiet irreferew għaż-żewġ gruppi ta’ immigranti li bħalissa jinsabu bejn sema’ u ilma fuq żewġ dgħajjes differenti, il-grupp ta’ 57 persuna li jinsabu fuq Europa II tal-Captain Morgan u t-tieni grupp li jinsabu abbord bastiment privat Marina.

L-għaqdiet irreferaw ukoll għall-istqarrija tal-awtoritajiet li qalu li s-57 immigrant se jibqgħu fuq il-Captain Morgan sakemm ikun hemm commitments ċari mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għar-rilokazzjoni tagħhom.

Huma qalu li qed jirrikonoxxu l-isfidi li għandhom Malta u l-Italja biż-żieda ta’ dgħajjes tal-immigranti u fl-istess ħin qed ikun hemm għajnuna mill-inqas mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea. Qalu iżda li minkejja dan kollu, l-awtoritajiet Taljani ħallew grupp ta’ immigranti jinżlu f’Lampedusa matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Saħqu li dawn l-isfidi m’għandhomx jintużaw bħala skuża biex Malta tkun tista’ tabdika milli ssalva l-ħajjiet u tassigura li d-drittijiet ta’ kulħadd jiġu salvagwardjati.

L-għaqdiet li ffirmaw din l-istqarrija kienu: