316-il talba biex titneħħa informazzjoni tal-qorti

Sarah Cassar Dymond

Kien hemm total ta’ 316-il talba biex titneħħa informazzjoni online tal-qorti. Minn dawn 254 talba kienu aċċetati. Mill-2014 kull persuna tistà tneħħi l-informazzjoni mid-database tal-eCourts. Din l-informazzjoni ġiet imressqa fil-parlament mill-Ministru Edward Zammit Lewis wara mistoqsija mingħand il-membru Parlamentari Karl Gouder.

Il-Ministru għall-Ġustizzja intalab jgħid in-numru ta’ kemm każijiet tneħħew kemm fil-qorti kriminali u kif ukoll fil-qorti ċivili.

  • Fl-2014 kien hemm biss talba waħda
  • Fl-2017 kien hemm 21 talba.
  •  Fl-2018 kienet l-aktar sena li kien hemm talbiet: 121 talba.
  • FL-2019 kien hemm 100 talba.
  • Kien hemm 73 talba fl-2020.

Minn dawn it-316-il talba, 56 ġew miċħuda. It-tneħħija tal-informazzjoni tkun permezz ta’ kumitat magħmul minn ħames persuni. Dawn huma l-Kap tal-Qorti tas-Servizz tal- Aġenzija, Direttur tal-Qorti t’ Għawdex, Direttur tal-Qorti Ċivili, Direttur tal-Qorti Kriminali u d-Direttur responsabli mid-data fil-Ministeru tal-Ġustizzja.