Filmat: Aidan Cassar u Ilenia Camilleri bil-kanzunetta Shallow

Aidan Cassar u Ilenia Camilleri

Aktar kmieni llum Aidan Cassar u Ilenia Camilleri nehdew il-vidjo tal-kanzunetta Shallow, silta li hi magħrufa minn Lady Gaga u Bradley Cooper fil-film A Star Is Born.

Ilenia Camilleri kienet irrappreżentat lil Malta fl-2012 fil-Euro Stars International Singer’s Festival, u sena wara fil-Junior Sanremo tal-2013. Fl-2014 irrappreżentat lil Malta fil-festival UniverSong.

Aidan ukoll mhuwiex wiċċ ġdid fix-xena mużikali.

Għalkemm rajnih jipparteċipa fl-ewwel edizzjoni tal-X Factor Malta, niftakruh ukoll fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Dai Laga, li biha kklassifika fir-rabà post.

Ftit tal-ġimgħat ilu Aidan kien ukoll f’Tel Aviv, fl-Iżrael fejn kien mistieden ikanta fit-Theatre Club f’Jaffè bħala parti mid-diversi attivitajiet marbuta mal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li kien qed isir fl-Iżrael.

AQRA: Aidan Cassar illejla jkanta f’Tel Aviv 

Segwi hawn il-filmat tal-wirja ta’ Aidan f’Tel Aviv, fl-Iżrael: