313,000 omm tmut fl-2015 bit-tqala

Din is-sena s’issa, fid-dinja mietu 313,000 omm waqt it-tqala jew sa ftit ġimgħat wara li welldu. Imma għalkemm iċ-ċifra tidher għolja, hi kważi nofs dik li kienet fl-1990.
Hekk joħroġ minn rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li madankollu juri li 99 każ minn kull 100 qed iseħħu f’pajjiżi mhux żviluppati.
Skont in-Nazzjonijiet Magħquda, fil-15-il sena li ġejjin, ħafna pajjiżi b’rata għolja ta’ mortalità fost l-ommijiet ftit li xejn se jagħmlu progress jew imorru saħanistra għall-agħar jekk ma jkunx hemm titjib sostanzjali fin-numru ta’ qwiebel ikkwalifikati jew infermiera b’ħiliet speċjalizzati.
L-Ażja tal-Lvant l-iktar li rat titjib f’dan il-qasam, bir-rata ta’ mortalità tinżel minn 95 għal 27 kul 100,000.  
Il-mira li jmiss għan-Nazzjonijiet Magħquda għad-dinja, hi li din tinżel għal 70 minn kull 100,000 sa 15-il sena oħra.