2 serqiet f’ġimgħa minn 2 toroq f’Tas-Sliema

Read in English.

Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal fil-Parlament li bejn Jannar u April seħħew medja ta’ żewġ serqiet fil-ġimgħa, bit-total ikun ta’ 31 serqa minn żewġ toroq prinċipali f’Tas-Sliema.

Dan qalu hu u jwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Robert Arrigo li talab lill-Ministru jikkjarifika kemm kien hemm serqiet fiż-żona ta’ Tigne u Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Il-Ministru Farrugia spjega li mill-31 rapport li daħlu kienu biss tliet persuni li nstabu li kienu responsabbli għal tlieta minn dawn is-serqiet. Spjega li t-tip ta’ serqiet kienu varji u kienu jinkludu pickpocketing, minn karozzi, bars, lukandi, żoni pubbliċi, residenzi u oħrajn.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia waqt attività politika fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema kien qal li kelmuh diversi residenti minn Tas-Sliema mħasbin bis-serq li qed ikun hemm, tant li qed jinstallaw żewġ jew tliet bibien fir-residenzi tagħhom.

Aqra: F’Tas-Sliema qed jagħmlu sa 3 bibien minħabba s-serq – Delia