31 każ pożittiv ġdid; 47 ifiqu

Miguela Xuereb

Read in English.

Illum ġew irreġistrati 31 każ pożittiv ġdid ta’ coronavirus filwaqt li 47 persuna fiqu mill-virus. Din l-informazzjoni ngħatat fl-istatistika li qed tiġi ppubblikata fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa.

Mill-każijiet tal-aħħar 24 siegħa: 8 każijiet huma ta’ membri tal-familja ta’ każijiet li kienu diġa pożittivi, 3 kuntatti diretti ta’ każijiet pożittivi, żewġ kollegi tax-xogħol ta’ persuni pożittivi u każ ieħor mill-cluster ta’ Paceville.

Illum, il-fergħa tal-APS Tas-Sliema baqgħet magħluqa hekk kif il-bank ħabbar li nstab każ pożittiv fost il-ħaddiema.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn