31 każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 70

face masks
Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 31 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li rkupraw 70 persuna. Dawn ħarġu minn 2,545 swab test.

F’infografika maħruġa ta’ kuljum mill-Ministeru għas-Saħħa, ġie indikat li bħalissa b’kollox hemm 639 każ attiv ta’ coronavirus f’Malta. It-total ta’ każi f’Malta qed joqrob lejn it-3,000 każ. B’kollox irkupraw minn dan il-virus 2,261 persuna filwaqt li mietu 29.

Mill-bidu tal-pandemija sal-lum, l-awtoritajiet tas-saħħa għamlu 242,932 test.

Prof. Charmaine Gauci, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tat aktar dettalji waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa:

Ftit ilu tħabbret ukoll id-29 mewt ta’ Covid-19 f’Malta.