31 inċident fi Triq l-Imdina kull sena

Triq-l-Imdina
Google Street View

Read in English.

Medja ta’ 31 inċident tat-traffiku fis-sena ġew irrappurtati mill-2015 ‘il quddiem.

Dan qalu l-Ministru għall-Intern Michael Farrugia bħala risposta għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Silvio Grixti.

Fit-tweġiba, il-Ministru Farrugia spjega li jinsab infurmat li matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar tal-2015 u l-31 ta’ Mejju 2018. Il-pulizija rreġistrat u rrikorriet fuq 93 inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.

Spjega li l-figura ma tinkludix kollużjonijiet Front to Rear u inċidenti oħra li kienu referuti lill-Gwardjani Lokali.