31 arrestati wara t-telfa tal-Ingliżi

Il-pulizija fi Praga għamlet serje  ta’ arresti wara li nqala’ l-inkwiet bejn il-folla li fiha kien hemm il-partitarji Ingliżi. Dan ġara wara li spiċċat il-logħba ta’ kwalifika għall-Euro 2020 bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Ingilterra.

B’kollox arrestaw 31 persuna li 14 minnhom kienu partitarji Ingliżi. B’kollox kien hemm madwar 3,800 partitarju Ingliż li xtara l-biljett għal-logħba.

It-tim Ingliż tilef il-logħba 2-1 u f’inqas minn jumejn oħra se jkunu qed jilagħbu kontra l-Bulgarija ġewwa Sofija.

Riżultati oħra:

Grupp A

Montenegro 0-0 Bulgaria

Grupp B

Portugal 3-0 Luxebourg

Ukraine 2-0 Lithuania

Grupp H

Andorra 1-0 Moldova

Iceland 0-1 France

Turkey 1-0 Albania