309 trabi bl-IVF f’6 snin

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li mis-sena 2013 sal-lum twieldu 309 trabi bl-IVF. Is-sena li għaddiet biss, twieldu 43 tarbija.

58 tarbija mwielda mill-IVF fl-2018

Għal mistoqsija supplimentari tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech, Fearne qal li minkejja li l-liġi daħlet qabel l-2013, il-Gvern preċedenti ma kien għamel l-ebda investiment fl-Isptar Mater Dei u allura ma kienet twieldet l-ebda tarbija fl-isptar pubbliku. Madanakollu saħaq li f’dawn l-aħħar snin, wara l-investiment li sar, twieldu 170 tarbija fl-Isptar Mater Dei.

​Approvati l-emendi tal-Gvern għal-liġi tal-IVF