​304 ċiklu ta’ IVF fl-2017

Fl-2017 f’Malta saru 304 ċikli ta’ IVF: 229 fl-Isptar Mater Dei u 75 fis-settur privat.
Din l-informazzjoni ħarġet mir-Rapport Annwali tal-Awtorità għall-Promozzjoni tal-Embrijun, li d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lbieraħ.
Dawn iċ-ċikli wasslu għal 66 tqala. Minnhom 12 korrew, 22 kellhom tarbija u 32 għadhom qed jistennew tarbija.
Fl-2017 twieldu 48 tarbija, 24 tifla u 24 tifel minn ċikli li saru fl-2016 (April sa Novembru). B’hekk, it-total ta’ trabi bl-IVF minn ċikli li saru fl-2016 kien ta’ 62: 29 tifla u ta’ 33 subien.
Minn ċikli li saru fl-2017 diġà twieldu 28 tarbija, 13-il tifel u 15-il tifla. Mistennija jitwieldu 36 tarbija oħra minn ċikli li saru fl-2017 biex b’hekk it-total ta’ trabi li jkunu twieldu b’ċikli ta’ IVF li saru matul l-2017 ikun ta’ 64 tarbija.