302 Kunsilliera tal-PN jivvutaw f’elezzjoni bikrija

302 kunsillier tal-Partit Nazzjonalista vvutaw f’elezzjoni bikrija għall-President tal-Kunsill Ġenerali kif ukoll għat-18-il membru tal-Eżekuttiv tal-PN.
Fost dawn, 18-il persuna vvutaw f’Għawdex.
Eliġibbli biex jivvutaw f’dawn l-elezzjonijiet hemm 1,300 kunsillier.
L-elezzjonijiet se jsiru nhar is-Sibt li ġej. 
Il-Kunsilliera jistgħu jivvutaw fid-Dar Ċentrali jew fis-Sub Headquarters tal-PN f’Ta’ Sannat.