3,000 titjira kanċellati minħabba Tifun Lekima

Minn tal-inqas 13 il-persuna tilfu ħajjithom u aktar minn miljun kellhom jiġu evakwati minn darhom wara li t-tifun Lekima laqat iċ-Ċina. 16-il persuna oħra s’issa huma rappurtati nieqsa wara li diġà nqasmet bil-maltemp u kkawżat valanga.

Lekima laqat l-akwati ta’ viċin Shanghai kmieni s-Sibt filgħodu b’riħ b’veloċità ta’ 187km fis-siegħa. Fis-siegħat li ġejjin Lekima mistenni jolqot il-belt ta’ Shanghai, fejn hemm popolazzjoni ta’ madwar 20 miljun persuna.

Kawża tat-Tifun kellhom ikunu kanċellati aktar minn 3,000 titjira.

Is-servizzi tal-emerġenza qed jikkumbattu l-elementi sabiex isalvaw diversi sewwieqa li sfaw maqbuda fil-vetturi tagħhom kawża tal-għargħar ikkaġunat mit-tifun. Il-periklu kompla jiżdied hekk kif tqaċċtu diversi siġar kbar u nqata’ d-dawl f’diversi żoni.