3,000 persuna jistennew akkomodazzjoni soċjali

Read in English.

Sa nofs Jannar ta’ din is-sena 2,920 persuna jinsabu fil-lista ta’stennija għall-akkomodazzjoni soċjali, 120 applikant aktar minn Marzu 2013.

Matul l-2018, 116-il applikant ingħata akkomodazzjoni soċjali, li dan huwa inqas mill-289 applikazzjoni li rċevew fl-istess sena. Is-sena l-oħra l-Gvern ħabbar li 1,700 akkomodazzjoni se jinbnew fis-snin li ġejjin.

Dawn iċ-ċifri ħarġu mit-tweġiba tal-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.