Awdjo: 300 voluntier lesti għall-maratona tal-volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza

Mat-300 voluntier se jkunu qed jagħtu l-ħin tagħhom għall-maratona tal-volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza.
It-tnedija tal-maratona saret dalgħodu permezz tad-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef u ċ-Ċermen tal-kumitat organizzativ tal-Maratona, Emanuel Zammit.
Attendiet ukoll Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru li hija ċ-Chairperson ta’ The Marigold Foundation – BOV in the Community.
Newsbook tkellem ma’ Emanuel Zammit u spjega li l-plejers li se jieħdu sehem fil-maratona diġa’ ilhom ġimgħat jagħmlu t-taħriġ.
Huwa spjega li din il-maratona hija speċjali għall-fatt li din is-sena, id-Dar qed tiċċelebra l-50 anniversarju mit-twaqqif tagħha.
Il-maratona se tkun qed issir bejn it-3 u l-5 ta’ Lulju fid-Dar tal-Providenza.
Apparti l-logħob tal-volleyball, se jkun hemm ukoll diversi artisti li se joffru spettaklu għal dawk kollha li se jattendu.