300 student tal-mediċina jitgħallmu ħiliet prattiċi

L-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina, l-MMSA organizzat seminar ta’ jumejn li matulu aktar minn 300 student u studenta tal-mediċina kienu introdotti għax-xogħol li l-istess MMSA tagħmel f’diversi oqsma fosthom fis-saħħa pubblika u fl-edukazzjoni medika.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne żar it-taħriġ li kien għaddej filwaqt li anke ltaqa’ ma’ kull grupp li kien qed jipparteċipa fis-sessjonijiet.
Matul dan it-tmiem il-ġimgħa, l-istudenti tal-mediċina kellhom l-opportunità li jitgħallmu diversi ħiliet prattiċi.