300 qattus abbandunat jieklu ħut u tiġieġ fil-Milied

Madwar 300 qattus abbandunat, din is-sena kielu tiġieġ u ħut f’Jum il-Milied. L-għaqda Carers for Stray and Abandoned Felines (CSAF) f’post fuq Facebook irringrazzjaw lil kulħadd u spjegaw li f’Jum il-Milied huma rnexxielhom jitimgħu tiġieġ u ħut lil madwar 300 qattus. Wara l-appell li kien sar biex min jista’ jagħti tiġieġ u ħut lil dawn il-qtates ħalli f’dan il-jum jieklu xi ħaġa differenti mis-soltu.

Għinhom jitimgħu 300 qattus abbandunat għall-Milied

Huma rringrazzjaw lill-pubbliku tal-għajnuna li rċievew kif ukoll talli kienu hemmhekk meta talbuhom biex jaqsmu ma’ ħaddieħor l-appell fuq il-midja soċjali, kif ukoll talli l-pubbliku ddeċieda li jmur jagħti l-ħin tiegħu billi jgħin lil dawn il-qtates.

Is-CSAF awguraw lil kulħadd il-Milied hieni mimli mħabba u appellaw lil dawk li jinsabu waħedhom biex imorru jqattagħu ftit mil-ħin tagħhom ma’ dawn il-qtates.

☃️🎅 Thank YOU 🎅☃️Thank YOU for sending a donation through when we post up and appeal for help. Thank YOU for sharing…

Posted by CSAF [Carers for Stray and Abandoned Felines} on Tuesday, December 25, 2018