300 persuna meħlusa minn Auschwitz jinġabru 70 sena wara

Madwar 300 persuna li ħelsitha mill-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz, qed jinġabru fil-post fejn kienu miżmuma qabel inħeles mill-armata Russa eżatt bħal-lum 70 sena.
Mexxejja politiċi minn madwar id-dinja, inkluż il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mal-Presidenti tal-Ġermanja u ta’ Franza, bħalissa jinsabu fil-Polonja biex ifakkru dan l-anniversarju importanti.
Ironikament, Vladimir Putin, min-naħa l-oħra, mhux se jattendi minħabba diżgwid mal-Polonja, kemm dwar din il-kommemorazzjoni kif ukoll dwar dak li qed iseħħ fl-Ukraina.
Hu stmat li bejn l-1940 u l-1945, inqatlu madwar miljun ruħ f’kampijiet ta’ konċentrament.