​300 każ ġdid ta’ kanċer tal-musrana fis-sena f’Malta

Kull sena f’Malta jiġu identifikati mat-300 każ ġdid ta’ nies li jsofru minn kanċer tal-musrana.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qal li għadd minnhom ikollhom bżonn operazzjoni kbira biex titneħħa l-parti affettwata bil-kanċer.
Ifakkar fil-bżonn tad-demm f’dawn l-operazzjonijiet.
Is-Servizz semma wkoll kif dan ix-xahar hu abbinat mal-għarfien dwar il-kanċer tal-musrana l-kbira u tat-tarf tagħha, magħruf bħala rectum.
Appella biex kull min ikollu sejħa għall-iscreening jaċċettaha mill-ewwel.
L-għoti tad-demm isir kuljum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa, bejn it-8am u s-6pm.
Nhar il-Ħadd li ġej, se jkunu disponibbli għall-għoti tad-demm, il-Berġa tal-Gvern ta’ Ħad-Dingli bejn it-8.30am u s-1pm; u d-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bejn it-8am u s-1pm.