Aġġornata: Jaslu Malta mat-300 ħaddiem mil-Libja

Newsbook.com.mt huwa nfurmat li għall-ħabta tal-4am, wasal Malta mil-Libja il-Katamaran b'madwar 300 persuna abbord.
Il-katamaran tal-Virtu Ferries telaq minn Zuwaytinah fil-Libja. Abbord kien hemm mal-40 Korean u 262 Indjan.
L-evakwazzjoni ntalbet mill-Korporazzjoni Daewoo Logistics.
Minn meta fil-Libja reġa’ żdied il-ġlied, il-Virtù Ferris marret kemm-il darba biex tevakwa l-ħaddiema. 
Kmieni dan ix-xahar il-kumpanija Maltija ġabet grupp ta’ 25 Malti minn Tripli u żewġ gruppi kbar ta’ Indjani, Pakistani u Filippini.