30 xahar priġunerija wara li ffroda €3,400

Raġel minn Ħal Għaxaq ingħata s-sentenza ta’ 30 xahar priġunerija wara li ammetta li b’qerq iffroda raġel ieħor li tah €3,400 fi flus biex jagħmel operazzjoni fi sptar privat meta dan ma kienx minnu.
L-akkużat għandu pendenti numru ta’ sentenzi ta’ priġunerija fuq frodi li dwarhom għad irid jinstema’ l-appell.