Qorti: 30 xahar ħabs fuq serq

Raġel ta’ 28 sena li kien ġie segwit minn tfajjel ta' 12-il sena  ngħata sentenza ta’ 30 xahar priġunerija.

Fil-Qorti, ir-raġel, li m'għandu ebda indirizz fiss, ammetta li f’Mejju li għadda fil-Ħamrun, seraq karozza, li kien kompliċi f’attentat ta’ serq ta’ flus minn ATM, serq ta’ ta’ basket u li kien reċediv.

Ir-raġel għandu l-vizzju tad-droga.