30% tal-istudenti tal-mediċina huma barranin

Madwar 30 fil-mija ta’ dawk li qed isegwu kors tal-mediċina fl-Università ta’ Malta huma barranin.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.
L-għadd ta’ studenti barranin isegwu kors tal-mediċina żdiedu minn 69 fis-sena akkademika 2010/11, għal 246 fis-sena akkademika li għaddiet. Dawn naqsu marġinalment għal 240 fis-sena preżenti.
B’kollox hemm 808 student tal-mediċina, żieda ta’ madwar 40% fuq l-2010/11. L-istudenti Maltin f’dan il-perjodu żdiedu b’26% waqt li dawk barranin żdiedu b’71%.