30% tal-għoti tad-demm imur għal pazjenti bil-kanċer

Aktar minn 30% tat-trasfużjonijiet tad-demm isiru lil pazjenti fit-taqsima tal-onkoloġija u l-ħematoloġija. Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-demm qal li ħafna drabi n-nies jaħsbu li l-aktar persuni li jiġu bżonn id-demm huma dawk li jkollu jew li jagħmlu xi operazzjoni.

Iżda minħabba li n-nies morda bil-kanċer żdiedu, dawn il-pazjenti jkun jinħtiġilhom trattamenti li kapaċi jieħdu s-snin b’fosthom trasfużjonijiet ta’ prodotti varji ta’ demm. Quddiem dawn l-isfidi, l-bank tad-demm qed jagħmel sejħa biex ikollu riserva tajba ta’ demm għall-bżonnijiet tal-pazjenti kollha.

Min hu f’saħħtu, qed jiġi mitlub biex imur:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8:00am sas-6:00pm.
  • fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 30 ta’ Settembru ser ikun maġenb l-iskola primarja ta’ Birżebbuġa mit-8:30am sas-1:00pm.
  • jew fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex li nhar il-Ħadd 30 ta’ Settembru ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.