30 siġra ġdida għall-iscouts ta’ Birżebbuġa

Fil-kwartieri tal-Birżebbuġa Scout Group tħawwlu 30 siġra ġdida. F’attività li saret fi tmiem il-ġimgħa tħawwlu aktar minn 30 siġra tal-prinjol u tar-rand.

Il-Membru Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi li għen b’mod finanzjarju biex jitħawwlu aktar siġar qal li t-tħawwil ta’ siġar fil-lokalità ta’ Birżebbuġa huwa messaġġ favur ir-residenti “li għal bosta snin ħallsu prezz kbir għall-attività industrijali li hemm f’din il-lokalità”.

L-iscouts kellhom l-opportunità jitgħallmu dwar it-tipi ta’ siġar differenti filwaqt li l-membri tal-grupp għaddew messaġġ favur ambjent aħjar.

Permezz ta’ din l-inizjattiva, it-tfal tgħallmu kif għandhom jieħdu ħsieb is-siġar u l-vantaġġi kollha li joffru s-siġar.