“30 sena wara għadni nħoss li għamilt l-għażla t-tajba” – Louise Doneo

Awguri lill-koppja Mark u Louise Doneo li llum qed jiċċelebraw it-30 anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Huma wegħda mħabbithom lil xulxin bħal-lum, it-30 ta’ Ġunju tal-1990.

Fil-messaġġ tagħha, Louise, li dan l-aħħar rajnieha tinterpreta lil Karen fis-sensiela Elf Metodu, hija qalet li “Qisu lbieraħ li ddeċidejna li niżżewġu u għadna nħoss li għamilt l-għażla t-tajba meta għażiltek biex tkun żewġi.”

Il-koppja Doneo huma magħrufa sew fil-qasam tat-televiżjoni b’diversi produzzjonijiet li pproduċew, anki b’films għaċ-ċinema bil-kitba ta’ Mark stess. Infatti il-film Hemm Dar il-Qala hu l-aktar xogħol riċenti tiegħu bħala awtur u produttur. Il-film intwera wkoll wkoll f’diversi film festivals barra minn Malta bl-isem ta’ The Weeping House of Qala.

“Ma rridx li ħajjitna tiġi kkwotata bħala eżempju ta’ żwieġ perfett, imma bħala l-isbaħ avventura li qatt ħadu żewġ persuni,” kompliet tikteb Louise fil-messaġġ tagħha lil Mark.

Hija qalet ukoll li ħaġa waħda li tgħallmet mindu ltaqgħet ma’ Mark hi li l-imħabba mhux xi ħaġa li toħroġ u tfittex iżda li l-imħabba ssibek hi.

Awguri lil Mark u lil Louise f’dan il-jum u għal aktar snin ta’ mħabba.

Ritratt: Facebook/LouiseDoneo