30 sena mid-diżastru nukleari ta’ Chernobyl

L-Ukraina qed tfakkar it-30 anniversarju mid-diżastru nukleari ta’ Chernobyl.
Il-falliment tat-testijiet nukleari dakinhar, u l-ħruġ ta’ tant materjal atomiku fl-atmosfera li ġiegħel għexieren ta’ eluf ta’ persuni jaħarbu minn djarhom, għadu meqjus l-agħar diżastru nukleari fl-istorja.
Fl-immedjat kienu mietu 31 ħaddiem imma eluf tilfu ħajjithom fis-snin ta’ wara minħabba mard marbut mar-radjazzjoni.