30 sena jitlob u jsum kontra l-abort qrib il-Parlament Kanadiż

Father Tony Van Hee, 81 sena , li ilu għal dawn l-aħħar 30 sena jitlob u jsum fejn il-Parlament Kanadiż biex jieqaf l-abort

Il-Ġiżwita Fr. Tony Van Hee jgħid li 30 sena  ta’ sawm u talb qrib il-Parlament Kanadiż biex jieqaf l-abort kienu l-aħjar snin ta’ ħajtu. Illum li għandu 81 sena ma għandu ebda ħsieb li jieqaf, minkejja diversi regolamenti u restrizzjonijiet li għamlulu fosthom kemm il-darba jista’ jmur it-toilet.

“Għandi bżonn is-solitudni u ħajja kontemplattivà għat-talb u għalkemm tidher stramba dawn insibhom quddiem il-Parlament” qal dan il-qassis li sar qisu parti mill-għamara fuq l-għolja quddiem il-Parlament kull darba li jiltaqa’, kemm jekk tkun ix-xita, ix-xewx, is-sħana qawwija, il-ksieħ jew is-silġ.

“Qatt ma dejjaqni t-temp, kien x’kien. Nilbislu u nħobb noqgħod barra. L-aħgar hu r-riħ u x-xita għax itajjruli l-kartelluni li nikteb”

Din id-drawwa ta’ Patri Van Hee bdiet fl-1989 permezz ta’ Organiżazzjoni Favur ill-Ħajja li biex tipprotesta kontra l-abort kienet tirrikorri għad-disubbidjenza ċivili. Hu kien ispirtat minn wieħed li mar quddiem il-Parlament fis-sajf tal-1988 biex jipprotesta kontra deċiżjoni tal-Qorti Suprema Kanadiża li abolit il-liġi kontra d-divorzju. Dan ir-raġel, Kurt Gayle u ieħor li kien miegħu għamlu sawma ta’ 19-il-ġurnata u kull ħames minuti kienu jitilqu bużżieqa fl-arja biex ifakkru li jkun sar abort.

Is-sena ta’ wara,  Van Hee, li kien arrestat tliet darbiet ivvoluntarja biex jingħaqad fis-sawma billi kellu esperjenza ta’ sawm fit-tul. Gayle kien qallu li kien hemm aktar nies lesti jmorru l-ħabs milli jsumu, iżda l-patri wieġbu: “Jien se nsum”.  Għalhekk ingħaqad ma Gayle quddiem il-Parlament biex isum u jitlob.  Iżda wara 29 ġurnata Gayle kellu jitlaq għax mardet bintu u ried jieħu ħsiebha,  iżda Patri Van Hee kompla s-sawma u llum 30 sena wara  għadu hemm.