30 persuna tilfu ħajjithom kawża tal-uragan Dorian

Beach erosion and debris are seen due to Hurricane Dorian as the A1A coastal route of Vilano Beach is closed, in St. Augustine, Florida, U.S., September 4, 2019. REUTERS/Maria Alejandra Cardona

30 persuna tilfu ħajjithom kawża tal-urugan Dorian. Fost dawn kien hemm għadd ta’ tfal li inġarrew mill-irjieħat qawwija li ħakmu l-Bahamas.

Il-Programm Dinji tal-ikel tal-Ġnus Magħquda alloka 5.4 milkun dollaru għall-programm ta’ emerġenza li ikopri tliet xhur biex iforni l-ikel lil 39,000 persuna.

Titjira tal-Aġenzija Amerikana għall-iżvillupp internazzjonali ukoll wasslet l-għajnuna fiż-żona biex tgħin 31,500 persan.

Hu mifhum li l-ammont ta’ ħsarat jilħaq s-somma ta’ 7 biljun dollaru Amerikan.