30 miljun tifel maħrub minn pajjiżu – il-President

Tifel jew tifla minn kull erbgħa jgħixu f’pajjiżi affettwati minn kunflitt jew diżastru, filwaqt li 30 miljun huma spostati minħabba minħabba kunflitt. Din l-istatistika tal-UNICEF ikkwotatha l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca waqt li ndirizzat konferenza tal-Assembleja Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, filwaqt li saħqet li hemm bżonn li l-komunità internazzjonali tieħu azzjoni immedjatament.

Il-President waqt konferenza tal-Assembleja Ġenerali tal-Ġnus Magħquda

Waqt din il-konferenza li ġġib it-titlu ta’ “Funding the Future: Challanges and Respondents to the Regeneration of Child Soldiers”, Coleiro Preca qalet li li jkun hemm 30 miljun tifel u tifla mingħajr l-appoġġ neċessarju mhux aċċettabbli.  Hija saħqet li dawn it-tfal huma vulnerabbli u għandhom bżonn il-protezzjoni addattata kemm fil-pajjiż tat-tranżitu, kif ukoll fil-pajjiż tad-destinazzjoni.

Il-President qalet li huwa importanti li t-tfal ikollhom aċċess għall-edukazzjoni, għaliex jekk jiġu mċaħħda minnha, huma jbgħatu biex jintegraw fil-komunità. Hija żiedet billi qalet li handu jkun hemm pjan ħolistiku li jwassal għall-paċi fit-tul.

Il-parità bejn il-ġeneri tnaqqas il-faqar bi 30%

Waqt il-Concordia Summit 2018, il-President ta’ Malta saħqet fuq l-importanza tal-ugwaljanza tal-ġeneru. Hija qalet li jekk in-nisa u l-irġiel jkunu ugwali, it-tkabbir ekonomiku globali jiżdied b’$160 triljun filwaqt li il-parità bejn il-ġeneru tnaqqas il-faqar b’30%.