30 mejta wara splużjoni f’Kabul

Madwar 30 persuna mietu wara li seħħ attakk ta’ suwiċidju ġewwa moskea fil-Belt Kapitali tal-Afganistan, Kabul.
Persuna li rat l-attakk iseħħ qalet mal-BBC li x-xena ġewwa l-moskea kienet qisha żona tal-gwerra. Nhar ta’ Ġimgħa, l-moskea tkun mimlija nies li jkunu qed jagħmlu t-talb tagħhom.
Għalkemm l’ebda grupp għadu ma ħa responsabbiltà għal dan l-attakk, l-Istat Iżlamiku kemm il-darba kien attakka moskej ġewwa Afghanistan fil-passat.
Ftit jiem ilu, il-Pulizija tal-Kabul arrestat raġel li x’aktarx kien se jipprova jwettaq attakk ta’ suwiċidju permezz ta’ trakk li kien qiegħed isuq.