30 każ ġdid ta’ coronavirus; 36 ifiqu

Miguela Xuereb

Read in English.

Illum ġew reġistrati 30 każ ġdid ta’ coronavirus filwaqt li 36 persuna oħra fiequ. Dan tħabbar fl-istatistika li qed tiġi ppubblikata kuljum mill-Ministeru għas-Saħħa.

Fost dawk li nstabu pożittivi fl-aħħar 24 siegħa, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li 3 huma kuntatti ma’ familjari pożittivi għall-virus, 5 kuntatti ma’ kollegi fuq il-post tax-xogħol u tliet persuni minn kuntatti diretti ma’ persuni pożittivi.

It-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 399 każ.

Dalgħodu, il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar ukoll li miet raġel anzjan li kien pożittiv għall-Covid-19 u kien rikoverat fl-IDU tal-isptar Mater Dei.

B’kollox fl-aħħar 24 siegħa saru 1,703 Swab Test biex b’hekk it-total ta’ Swab Tests mill-bidu tal-pandemija sa issa qabeż il-200,000 test.