30 jum ċans biex il-PM “jieħu azzjoni”

Facebook - Occupy Justice

Il-Prim Ministru Robert Abela ngħata 30 ġurnata ċans mill-attivista Clemence Dujardin biex jieħu azzjoni fuq numru ta’ miżuri. Hija kienet qed titkellem fil-velja li kienet organizzata biex tfakkar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Quddiem il-monument tal-Assedju, attivista qalet li għax inbidel il-Prim Ministru jew għax kien hemm reshuffle fil-kabinett it-talba tagħhom  mhux se tisparixxi. Żiedet li Konrad Mizzi, Keith Schembri u Joseph Muscat għandhom ma ġewx arrestati u t-tlieta li huma jiċħdu li għamlu affarijiet ħżiena.

L-attivista li hija parti minn Occupy Justice tat 30 ġurnata ċans lill-Prim Ministru biex•       Jitlob apoloġija lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia

  • Ikeċċi lil dawk kolli li jinsabu fl-uffiċċji pubbliċi u għajru lil Daphne Caruana Galizia
  • Jippreżenta vot ta’ sfiduċja fl-Avukat Ġenerali
  • Ikeċċi l-Kummissarju tal-Pulizija
  • Jippublika l-kuntratt ta’ Neville Gafà
  • Jitob apoloġija lill-attivisti għall-gideb li sar fuqhom
  • Jitlob lill-pulizija jagħlqu gruppi ta’ mibegħda li nħolqu
  • Jinħolqu standards biex ikun hemm rappurtaġġ bilanċjat
  • Biex jikkometti lilu nnifsu li jagħmel intervisti regolari ma’ midja indipendenti.

L-attivist Jeremy Gingell qal li Joseph Muscat se jibqa’ mfakkar għall-ħerba totali li għamel. Żied li kulħadd irid jingħaqad biex jiġġieled għal dak li hu tajjeb.

L-attivist enfasizza li fi stat korrott l-ambjent huwa l-ewwel li jbati u għamel referenza għal proġett tas-Central Link f’Ħ’Attard.

“Pajjiż korrott mhuwiex pajjiż b’saħħtu. Anzi pajjiż korrott huwa pajjiż marid,“ kompla Gingell.

Fi kliem l-attivist, il-bidla fit-tmexxija ma tfissirx li l-affarijet se jinbidlu. Żied li la m’hemmx oppożizzjoni li hija kredibbli, in-nies iridu jkomplu jissieltu għall-ġustizzja.