​30 eks pulizija jerġa’ jidħol fil-Korp

30 eks pulizija reġa’ beda jagħti servizz fil-Korp wara li kienu rriżenjaw jew spiċċaw mill-Korp iktar minn 15-il sena ilu.
3 membri tal-Korp kienu rriżenjaw fl-1986, waqt li 3 membri oħra kienu nstabu li medikalment ma kienux fit, dan fl-1987, fl-1996 u fl-1998.
Il-Ministru tal-Intern Manuel Mallia ta d-dettalji fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Fl-istess ħin, hu ikkonferma li kien hemm xi eks membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li wkoll iddaħħlu lura għas-servizz tal-Korp.