30 differenza li għamel l-Isqof Grech fil-ħajja tal-Għawdxin

Isqof Mario Grech
Ritratt: Djoċesi ta' Għawdex / JJP Zammit

Read in English.

Illejla jinżel is-siparju fuq l-Episkopat ta’ Mons. Mario Grech b’quddiesa ta’ Radd il-Ħajr għall-Ministeru Episkopali tiegħu fl-aħħar 14-il sena bħala t-tmien Ragħaj Spiritwali tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Il-konċelebrazzjoni, li tibda fis-6.30pm fir-Rotunda Arċipretali ta’ San Ġwann Battista fix-Xewkija se tixxandar live fuq Newsbook.com.mt kif ukoll fuq Facebook u l-YouTube tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Fil-jiem li ġejjin, l-Isqof Emeritu Mario Grech se jibda jservi bħala Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Għal xiex se jibqa’ mfakkar l-Episkopat tal-Isqof Grech?

SEJJAĦ:

  • Missjoni Djoċesana (2008-2009)
  • Viżta Pastorali (2013-2016)
  • Sena Djoċesana Marjana (2018-2019)

ŻAR L-EMIGRANTI:

  • fl-Istati Uniti tal-Amerika (23-31 ta’ Mejju 2006)
  • fil-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerika (22 ta’ April–5 ta’ Mejju 2008)
  • fl-Awstralja (28 ta’ Settembru–1 ta’ Novembru 2011)

ŻAR IL-MISSJUNARJI U L-KOMUNITAJIET TAGĦHOM:

  • fl-Albanija (22-25 ta’ Settembru 2006)
  • fil-Brażil (13 ta’ Settembru–1 ta’ Ottubru 2009)
  • fil-Perù (13-22 ta’ Novembru 2018)

WAQQAF:

  • iċ-Ċentru ta’ Terapija Familjari (Ta’ Pinu) (Mejju 2011)
  • l-Ordni tal-Verġni fid-Djoċesi ta’ Għawdex (2013)
  • is-Safeguarding of Minors (Gozo) (2017)
  • iċ-Ċentru ta’ Arti Liturġika Eikon (2017)
  • il-Hostels għall-istudenti Għawdxin f’Malta (2018)
  • l-Istitut għall-Ministeru Pastorali (2019)
  • l-Uffiċċju tad-Djakonija u Ċentru Djoċesan tal-Karità (2019)

IRRIFORMA:

  • it-Tribunal Ekkleżjastiku
  • il-parrokkat Għawdxi
  • is-sostentament tal-kleru Għawdxi

MEXXA L-ORDINAZZJONI TA’:

  • 24 saċerdot djoċesan
  • l-Isqfijiet George Bugeja ofm u Anton Teuma

FETAĦ il-Proċessi Djoċesani tal-Kawża tal-Beatifikazzjoni tal-Qaddejja ta’ Alla:

  • Dun Mikiel Attard (2014)
  • Fra Grazzja Cauchi osa (2016)

XANDAR:

  • 20 Ittra Pastorali bħala Isqof ta’ Għawdex
  • 34 Ittra Pastorali mal-Isqfijiet Maltin
  • Mijiet ta’ Omeliji u Ittri oħra lill-Poplu ta’ Alla

SERVA WKOLL BĦALA:

  • President tal-Konferenza Episkopali Maltija (2013-2016)
  • Rappreżentant tal-Konferenza Episkopali Maltija fuq il-COMECE u s-CCE

STIEDEN f’Għawdex lis-Sorijiet Klarissi u tahom il-Monasteru Nazaret (2001)

APPROVA l-ewwel Kostituzzjoni tal-Komunità Anawim (2013)

ATTENDA għal tliet Sinodi tal-Isqfijiet

L-Isqof Emeritu ġie kkonsagrat Isqof mill-predeċessur tiegħu Mons. Nikol Ġ. Cauchi fit-22 ta’ Jannar 2006. Għażel il-motto In Fractione Panis – Fil-Qsim tal-Ħobż.

Is-suċċessur tal-Isqof Grech huwa Dun Anton Teuma, li nhar il-Ġimgħa li għadda sar id-disa’ Isqof ta’ Għawdex. Fl-omelija, l-Isqof Emeritu Mario Grech appellalu biex ma jħallix lill-Knisja timmoffa, imma jqis li tkun Knisja missjunarja, Knisja tat-triq.

Min jixtieq isegwi l-konċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr fuq it-televiżjoni jista’ jagħmel dan fuq Net TV u Xejk.