30 dar jinqerdu min-nirien qawwija fl-Awstralja

In-Nofsinhar tal-Awstralja nħakem minn nirien qawwija li fl-aħħar jiem diġà qerdu mat-30 dar.
Madwar 500 ħaddiem tat-tifi tan-nar qed jaħdmu bla waqfien f’inħawi qrib Adelaide bit-tama li jitfu l-ilsna tan-nar qabel ma t-temp jaqleb għall-agħar għal nofs din il-ġimgħa.
L-awtoritajiet qed iqisu dan l-aħħar każ bħala l-agħar nar li ħakem lill-bush mill-1983.
Dakinhar, kien ħalla 75 persuna mejta.