30 appartament ieħor għal Puttinu f’Londra sal-2020

DOI

F’attività f’Londra, is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u ċ-Ċittadinanza ħabbar li se joħroġ is-sejħa għall-offerti biex jinbnew mat-30 appartament ġodda f’Londra għal Puttinu Cares li jridu jitlestew sal-2020.

Kif spjegat minn Puttinu Cares, l-ispiża totali tal-proġett se tkun ta’ €20 miljun u €6 miljuni minnhom se jkunu ffinanzjati mill-Programm ta’ Investitur Individwali (IIP).

L-istqarrija tispjega li dan il-proġett mistenni jgħin persuni li jitilgħu għall-kura fl-isptar Great Ormond f’Londra u 80% tal-pazjenti se jingħataw l-akkomodazzjoni b’xejn biex ikunu aġevolati mill-ispejjeż li jkollhom.

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia qalet li sa issa il-Puttinu Cares ingħataw madwar €1 miljun mill-IIP.

Għal attività attendew ukoll il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Kummissarju Għoli għal Malta Joseph Cole.