30,000 reat f’sentejn, 131 vittma ta’ inċidenti fatali fl-aħħar snin

Fis-sentejn ta’ bejn l-2011 u l-2012 kien hemm total ta’ 30,000 reat f’Malta u f’Għawdex. 14,244 reat ġie rrappurtat fl-2011 u 15,623 fis-sena ta’ wara.
Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia qal dan fil-Parlament illejla fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli.
Bi tweġiba għal Mistoqsija separata magħmula mill-istess deputat Nazzjonalista, il-Ministru qal li mill-2006 sad-19 ta’ Ġunju ta’ din is-sena kien hemm 125 inċident fatali li ħalla 131 vittma – 7 vittmi f'7 inċidenti minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena.