30,000 persuna traffikati fl-Ewropa fi 3 snin

Bejn l-2010 u l-2013, aktar minn 30,000 persuna kienu vittmi tat-traffikar ta’ persuni fit-28 stat membru Ewropew.
Mill-istatistika maħruġa mill-Unjoni Ewropea jirriżulta li 80% tal-vittmi kienu nisa u 69% ta’ dawk kollha traffikati kienu vittmi ta’ sfruttament sesswali. Fost dawn tal-aħħar kien hemm aktar minn elf tifel u tifla.
Żewġ terzi tal-vittmi kienu ċittadini Ewropej. Il-vittmi l-oħra kienu prinċipalment min-Niġerja u Ċina.