3 trakkijiet tal-Armata jeskortaw VIPs mil-Libja

Ftit tal-ħin ilu, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta dehru tliet trakkijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta jeskortaw  żewġ karozzi lussużi. F’dawn il-karozzi ta’ lewn iswed hu mifhum li kien hemm persuni, probabilment Libjani, li ħarġu mill-VIP Lounge tal-ajruport.
Mhux magħruf min huma l-persuni li waslu Malta fuq titjira privata tal-Libyan Airlines.